L-istejjer ta’ Dexter,  il-pupu-baħri
12-il storja għal tfal ta’ bejn il-5 u d-9 snin

Dexter  kien pupu ħelu liebes ta’ baħri. Kien sabu n-nannu Mike ġo senduq qadim fil-kamra tal-bejt u tah lin-neputija tiegħu Nicolette. Din poġġietu mal-ħafna pupi oħra li kellha fil-kamra tagħha u Dexter malajr sar ħabib tagħhom.  Dexter u u sħabu l-pupi bdew jgħaddu minn praspura għal oħra, l-aktar meta bdew iħabbtu wiċċhom ma’ Pako, il-ġeru mqareb tal-papà u Sooty, il-qattus iswed tal-mamà. Imbagħad tfaċċa wkoll Whiskers, il-ġurdien bil-ġuħ, u l-istejjer bdew isiru iktar interessanti.

F’dan il-ktieb taqraw dwar

  • meta Clive seraq il-flus mill-karus ta’ oħtu Nicolette 
  • meta nkisret il-pupa ta’ xagħarha isfar
  • meta Pako qabad bejn snienu lil Muċċu l-fenek
  • meta Sooty l-qattus ried bilfors jaqbad lil Whiskers il-ġurdien
  • meta Sooty l-qattus daħħal f’siequ żewġ xewkiet kbar tal-kaktus

u ħafna iżjed…

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2011

Ġeneru: Stejjer għat-tfal minn 5 sa 9 snin.

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |